Patrick Spiteri, l-avukat mixli bi frodi ma jistax jinżamm iżjed fil-ħabs minħabba saħħtu.
Hekk sostna t-tabib appuntat mill-Qorti li eżamina l-kundizzjoni ta’ saħħet Spiteri.
L-avukat li qed jiddefendi lil Grech sostna li se jżomm il-Qorti responsabbli jekk Patrick Spiteri ma jingħatax il-libertà proviżorja.
Spiteri ilmenta għas-sitwazzjoni sanitarja f’Kordin u allega li din qed taffettwalu saħħtu.
L-Avukat Spiteri kien ġie estradit lejn Malta fuq akkużi ta’ frodi li jlaħħqu s-seba’ miljun ewro.