Żewġt irġiel u mara mill-Etjopja u mill-Eritrea inżammu arrestati wara li treqqu l-qorti akkużati li t-Tnejn insultaw u heddew żewġ uffiċjali tal-Pulizija, fallew milli jimxu mal-ordnijiet tal-Pulizija u telfu l-paċi pubblika.
Dan wara li t-Tnejn il-pulizija waqfu van sabiex jiċċekjaw il-liċenzja wara li jidher li kelhom xi suspetti.
Ix-xufier tal-van ħareġ mill-van u imbotta lill-uffiċjal tal-pulizija qabel ma tah ukoll xi daqqiet f’wiċċu. Iż-żewġ persuni l-oħra ħarġu mill-van u wkoll imbuttaw lill-uffiċjali tal-pulizija.
Sussegwentament, ix-xufier sarlu t-test tal-breathylyser u nstab li kien qed isuq taħt livell eċċessiv tal-alkaħol.
Il-mara li qalet li tgħix Ruma, għall-ewwel wieġbet ħatja iżda l-avukat tagħha spjegat li l-mara kienet ġiet f’pajjiżna għal btala ta’ ġimgħatejn u se ġġedded dan il-perjodu bi tliet xhur oħra.
Iżda eżatt wara, l-mara bidlet fehmitha u wieġbet mhux ħatja bil-prosekuzzjoni ċaħditilha l-liberta’ proviżorja.
Iż-żewġt irġiel ukoll wieġbu mhux ħatja li bi vjolenza rreżisrew, heddew u darbu ħafif lill-uffiċjali tal-pulizija, bil-Qorti ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet akkużati hekk kif sostniet li f’dan l-istadju, ma kinitx se tiddeċiedi dwar il-ħtija ta’ dan il-każ.