L-Awtorità Maltija għal-Logħob, b’kollaborazzjoni mal-Microsoft, nediet sistema ġdida li se tara l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u s-sottomissjonijiet tad-dokumentazzjoni meħtieġa jsiru onlajn.
Dan permezz ta’ portal elettroniku sikur, li se jieħu post is-sistema preżenti.
Barraminnhekk, l-operaturi se jkollhom il-faċilità li jaraw b’mod elettroniku l-istatus tal-applikazzjonijiet tagħhom, u li jissodisfaw il-ħtiġijiet regolari tagħhom b’mod aktar effiċjenti.
Iċ-Ċermen tal-MGA Joseph Cuschieri tkellem dwar l-għan ewlieni ta’ dis-sistema; li jaqbeż l-aspettattivi tal-partijiet interessati.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, Silvio Schembri, innota li din hija sistema msejsa fuq viżjoni ta’ Gvern li jrid inqas burokrazija u iktar effiċjenza.
Intant, din is-sistema hija l-ewwel pass għal proġett ferm ikbar tal-Awtorità, li għandu l-għan li jkopri l-operazzjonijiet ta’ casinos, ħwienet tal-logħob, lotteriji nazzjonali u tombla kummerċjali.