F’artiklu fit-Times of Malta, kiteb il-President tal-AŻAD, l-avukat David Griscti li ħa għalih bil-kritika tal-kandidati għat tmexxija tal-partit lejn l-organizazzjoni li jmexxi. Tenna kif kien diffiċli jsib in-nies f’mument ta’ apatija u spikkat l-iktar il-kritika lejn dawk li Simon Busuttil ħatar biex jiktbu l-manifest elettorali.
Hawn kiteb kif Simon Busuttil ried dawk li sejjaħ il-policy fora minkejja li tawh parir il-kontra. “Minkejja li offrejna li ngħinu lill-policy for moribondi m’aċċetawx l-għajnuna,” kiteb David Griscti. Qal li għaliex huwa misteru għalkemm żgur li għandhom x’jaqsmu l-egos. Tenna li filwaqt li dawn il-policy for a ma kienux suċċess l-AŻAD xorta waħda ikkontribwixxa iżda l-kontribut kien miċħud. “Jidher li l-istrateġisti f’Tal-Pietà kienu jafu aħjar,” qal Griscti li semma s-setturi fejn saru l-proposti.