AĠĠORNATA
Għaddejja ġmielha l-ħidma u l-kordinazzjoni fil-Power Station ta’ Delimara, lok li żaru il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru tal-Montenegro Milo Djukanovic, fiż-żjara ta’ dan tal-aħħar f’pajjiżna.
Assisti minn uffiċjali tal-Enemalta u l-Electrogas, il-Prim Ministru Muscat, flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi spejgaw l-andament u l-istadji tax-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa.
Dan il-proġett se jfisser mal-miljun u mitejn elf tunnellata anqas ta’ emissjonijiet tal-karbonju miċ-ċmieni ta’ Dellimara, b’dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jingħalqu darba għal dejjem.
Il-Montenegro m’għandux infrastruttura li tiġġenera elettriku permezz tal-gass, għaldaqstant qegħdin jikkunsidraw lil pajjiżna bħala mudell.
Il-Prim Ministru Muscat qal kif b’din il-qalba mill-Heavy Fuel Oil għall-Gass, apparti li l-produzzjoni tal-enerġija hija orħos, pajjiżna se jkun qed jibbenefika minn kwalità ta’ arja u saħħa aħjar għall-familji għax se jkun hawn tnaqqis fil-mard respiratorju bħall-ażma u l-allerġiji.
AKTAR KMIENI
Il-Prim Ministru tal-Montenegro, Milo Djukanovic, jinsab Malta għal żjara uffiċjali.
Huwa ngħata merħba fi Pjazza Kastilja u f’Kastilja pparteċipa f’taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Wara saru taħdidiet bilaterali bejn delegazzjoni mill-Montenegro u rappreżentanti Maltin.
Ritratt ta’ fuq: Reuben Piscopo, DOI