Infermier li qed jiskonta żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs wara li nstab ħati li qatel żewġ pazjenti fit-Tramuntana tal-Ġermanja, issa huwa suspettat f’minn tal-inqas erbgħa u tmenin każ ta’ qtil.
Magħruf biss bħala Niels H minħabba regoli Ġermaniżi fuq rappurtaġġ, ir-raġel ta’ erbgħin sena kien instab ħati t’ attentat ta’ qtil fl-2006 u qtil fl-2015. Il-vittmi tiegħu irċivew dożi letali ta’ mediċina f’units li huwa ħadem fihom.
Il-qraba ta’ pazjenti li mietu fil-kliniċi fejn huwa ħadem appellaw lill-pulizija biex jinvestigaw iktar. Fl-elfejn u erbatax kienet inħatret kummissjoni biex tinvestiga l-iskala tar-reati tiegħu, li jistgħu jagħmluh l-agħar qattiel wara l-Gwerra fil-Ġermanja.
Waqt li kien qed jinstema l-każ fl-elfejn u ħmistax, huwa ammetta li ta l-mediċina lil madwar disgħin perusna fi klinika tal-kura intensiva f’Delmenhorst.