Jekk hemm deskrizzjoni li wieħed jista’ jagħti lir-rapport tal-Partit Nazzjonalista dwar it-traffiku huwa r-“rapport tat-taħwid.” Wara li Marthese Portelli damet seba’ xhur biex ġiet b’rapport short-term, li l-maġġoranza tiegħu huwa kkupjat, dak li qed jagħmel il-proposti fit-tul qal li l-anqas biss ra l-proposti short-term.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li kien f’Jannar li għadda li Simon Busuttil ħatar lil Tonio Fenech biex iħejji pjan li jagħti soluzzjonijiet għal ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, iżda kif jidher mill-filmat, lanqas biss ra l-proposti tal-lum. Li ta’ min jgħid li 23 minn 35 huma kkupjati filwaqt li l-kumplament mhux spjegati.
https://youtu.be/i2AOVf7Bmhw
“Meta llum il-Partit Nazzjonalista jippreżenta r-rapport dwar it-traffiku lill-imsieħba soċjali għandu jibda billi jispjega l-iktar mistoqsijiet bażiċi. Għandu jgħid ukoll kemm jiswew u kif se jaħdmu l-ftit proposti li baqa’ fosthom dik li wieħed ma jsuqx il-karozza tiegħu kuljum u t-trasport lill-ħaddiema tal-gvern. Fuq kollox għandu jispjega kif b’dan ir-rapport l-id ix-xellugia, ma tafx x’inhi tagħmel il-leminija,” qal il-Partit Laburista.
Mhux ta’ b’xejn sa issa ħadd ma ħareġ ifaħħar dan ir-rapport anke jekk mid-Dar Ċentrali ilha ssir pressjoni għal diversi jiem, temmet tgħid l-istqarrija.