Illum infettħu l-applikazzjonijiet għal 35 parteċipant fil-programm LEAD li ser jibda jiffunzjona b’mod uffiċjali mix-xahar id-dieħel.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fil-kamra tal-Gvern fil-Parlament mill-Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli u l -President tal-Partit Daniel Micallef.
L-applikazzjonijiet ser jinżlu għal 35 wara li jgħaddu minn proċess ta’ intervisti u kif ukoll irridu jipproponu tlett inizjattivi. Dan l-ewwel grupp ta’ parteċipanti ser iwassal għall elezzjoni tal-Membru Parlamentari Ewropej, Kunsilli Lokali u l-elezzjonijiet Ġenerali.
Wieħed mill- mentors ewlenin ser ikun il-Prim Ministru Joseph Muscat li ser jiddedika ġimgħa sħiħa sabiex jaqsam l-esperjenzi tiegħu ma dawn il-partecipanti.
Se jkun hemm programm ta’ żvilupp li se jkun imqassam mill-aspett ta’ tagħrif (ekonomija, liġijiet etċ.) u aspett prattiku (intervisti, dibattiti, kitba ta’ artikli).
B’hekk dawk kolha li japplikaw se jingaħtaw l-għodda neċessarji.