L-14 u l-15 ta’ Settembru se jkunu d-dati fejn fihom pajjiżna se jilqa 12- il kap ta’ stat fi ħdan l-Unjoni Ewropea għall-laqgħat tal-Grupp magħruf bħala l-‘Arraiolos’.
L-iskop ta’ dawn il-laqgħat huwa li jiġu diskussi temi kurrenti li jolqtu lil pajjizi tal-Unjoni Ewropea.
Din it-tlettax-edizzjoni mistenniha tkun l-ikbar waħda fl-istorja ta’ l-‘Arraiolos’ u t-tema għal din is-sena se tkun ‘Crossing Borders’ fejn se jiġi diskuss kif l-Ewropa tista terġa tiskopri il-valuri soċjali tagħha speċjalment fis-sitwazzjoni preżenti tal-immigrazzjoni.
B’hekk tkun tista’ terġa tħaddan mudell soċjali addattat għaż-żminijiet kurrenti. Mudell soċjali li jgħin jikseb iktar inkluzjoni u solidarjeta’.
Din it-tema se tiġi maqsuma fi tnejn fejn il-Professuri Stephen Calleja u Carmel Borg se jippreżentaw żewg sotto-temi li jidentifikaw it-tema prinċipali ‘Crossing Borders’. Dawn huma : L-immaniġjar ta’ sfidi tas-sigurta’ fiż-Żona Ewro Mediterranja u Reklamazzjoni ta’ Ewropa Soċjali fid-dell ta’ Ekonomija Preditorja globali.