Projbizzjoni fuq basktijiet tal-plastik daħlet fis-seħħ fil-Kenja. Dan ifisser li mill-jum tat-Tnejn, dawk li jbiegħu, jimmanifatturaw jew iġorru basktijiet tal-plastik jistgħu jeħlu multa li tgħola sa tmienja u tletin elf dollaru Amerikan jew sentenza ta’ erba snin ħabs. Il-gvern qal li din il-projbizzjoni se tgħin fil-protezzjoni tal-ambjent. Iżda l-manifatturi tal-basktijiet argumentaw li mat-tmenin elf impjieg se jintilfu. Sfida lill-istess projbizzjoni kienet miċħuda minn qorti Kenjana fil-jum tal-Ġimgħa.
Huwa stmat li l-Kenjani jużaw erbgħa u għoxrin miljun baskett fix-xahar.
Numri ta’ pajjiżi Afrikani oħra wkoll għandhom projbizzjoni fuq basktijiet tal-plastik, fosthom l-Afrika t’ Isfel, Rwanda u l-Eritrea.