Illum qed ikompli jinstema’ l-każ li fih Anthony Debono, ir-raġel tal-eksMinistru Giovanna Debono, qed jaffaċċja 13-il kap t’akkuża, fosthom miżappropjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
Il-Qorti illum bdiet l-aċċess, jiġifieri site-visit tal-postijiet li fihom allegatament seħħew irregolartajiet fix-xogħol, u li tagħhom Anthony Debono huwa akkużat. L-ewwel fost dawn insibu l-grawnd tal-Għarb. Wara, il-Maġistrat, il-prosekuzzjoni u d-difiża bdew l-aċċess fil-grawnd tal-5 a side tal-istess lokalità.
Dan il-każ kien żvelat minn whistleblower li tkellem wara li baqa’ ma tħallasx ta’ xogħol li għamel fil-privat fuq struzzjonijiet ta’ Anthony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru. Il-whistleblower kien iltaqa’ wkoll ma’ Simon Busuttil, b’dan tal-aħħar jgħidlu għaliex baqa’ għaddej bix-xogħol meta kien jaf li se jitilfu l-elezzjojni ġenerali.