Żewġt irġiel Irlandiżi li attendew għal tieġ li kienu invitati għalih f’Malta wieġbu ħatja li darbu lil xulxin meta spiċċaw jargumentaw meta kienu fis-sakra.
Il-Qorti semgħet kif iż-żewġt irġiel, Darren Boylan ta’ 26 sena u Matthew Duggan ta’ 37 sena, li kienu qed joqgħodu fl-istess kamra f’lukanda kellhom argument jaħraq fejn ftit wara reġgħu rranġaw.
Il-Maġistrat Josette Demicoli wissiet liż-żewġt irġiel li għalkemm se jkunu qed imorru lura lejn pajjiżhom aktar tard illum, dan ma jfissirx li se jiffrankawha.
Dan hekk kif il-liġi tal-Unjoni Ewropea tgħid li sentenza sospiża hi effettiva f’kull stat membru fl-UE.