Raġel ngħata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, wara li wieġeb ħati li nħeba fil-gallarija tas-sieħba tiegħu bil-ħsieb li jidħol jisraq mir-residenza.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli semgħet kif il-lejl li għadda, Omar Muhammad Husayn Mustafa ta’ 30 sena tela’ fil-gallarija tal-mara li kien f’relazzjoni magħha bil-konsegwenza li kkawża ħsarat lill-proprjetà.
Mustafa, li m’għandux impjieg u jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, kien akkużat ukoll li kien taħt l-effett tal-alkoħol fil-pubbliku.