Qasab tas-Sajd, bagalji tas-safar, flus u roti huma fost l-affarijiet li jiġu lura għand il-Pulizija wara li jsibuhom iċ-ċittadini.
B’uħud minnhom jispiċċaw jagħmlu s-snin fl-imħażen tal-Korp fil-Furjana u għalhekk il-Pulizija jkunu jridu jaraw kif ser jiddisponu minnhom.
Għalhekk kull ftit żmien membri ta’ bord apposta jiltaqgħu sabiex jaraw kif ser jiddisponu minnhom kif qal is-Surgent Christopher Harmsworth.
Dan isir wara li l-oġġett ikun ippublikat għal darbtejn fil-gazzetta tal-Gvern.