Il-ġurnalist ta’ esperjenza Dione Borg staqsa għaliex il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiddiskuti lil Adrian Delia issa.
Qal li hu ilu ġimgħat li ppropona li jsir due diligence, xi ħaġa li qablu magħha l-kandidati, u minkejja dan id-due diligence ma sarx.
Imma issa wara li l-elezzjoni bdiet, il-Kunsill Amministrattiv se jiddiskuti l-kontroversja Delia.
“X’żammu lill-Partit milli jwettaq il-proposta tiegħi,” qal Borg fuq Facebook. Tenna li l-bidla trid tkun kbira.
“Ikun min ikun Kap tal-PN għandu bżonn politiċi b’viżjoni,” qal Borg li fil-mument li bdiet it-tellieqa kien qed jappoġġja lil Chris Said.