Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ġie ppreżentat b’manwal li ser jibda jintuża mill-voluntiera mill-qasam tas-salvataġġ madwar l-Ewropa.
Dan il-manwal inħadem proprju fuq livell Ewropej b’fondi mill-ERASMUS madankollu l-proġett tmexxa proprju minn pajjiżna. Dan wara li ftit tas snin ilu l-EFRU, Emergency Fire and Rescue Unit, ta’ pajjiżna ħadet l-inizjattiva sabiex tgħaqqad l-għaqdiet volontarji Ewropej tas-salvataġġ f’għaqda waħda għall-beneffiċċju tal-pajjiżi li minnhom ġejjin dawn il-pajjiżi.
Dan sar fi żjara li għamel il-Ministru Michael Farrugia fil-kwartieri tal-EFRU fejn kien l-ewwel Ministru li żar lil din l-għaqda.
Huwa wiegħed il-ħidma tal-Gvern sabiex jinstab post adekwat għal din l-għaqda li taħdem flimkien mal-Protezjoni Ċivili
Il-Ministru Michael Farrugia tenna kif hekk kif f’pajjiżna hawn bini li dejjem qed jgħola, il-Protezzjoni Ċivili għaddejja b’ħidma sabiex jinġieb apparat adekwat sabiex ikun jista’ jintuża f’stitwazzjonijeit li jistgħu jolqtu lil dan il-bini.