L-Air Malta operat b’suċċess l-aktar tmiem il-ġimgħa impenjattiv tas-sena fejn ġarret 12,100 passiġġier nhar is-Sibt, 19 u l-Ħadd, 20 ta’ Awwissu, b’fattur ta’ okkupanza tas-siġġijiet ta’ madwar 90%.
Il-linja tal-ajru ġarret 1,200 (+11%) aktar passiġġieri meta kkomparat mill- istess perijodu s-sena li għaddiet.
“Għal ħafna mill-klijenti tagħna, tmiem il-ġimgħa li għadda kien jirrappreżenta l-bidu tal-vaganzi u aħna ninsabu kuntenti li huma għażlu li jivvjaġġaw bl-Air Malta. B’aktar minn 80 titjira li operaw fil- ħin, konna ferm impenjati noperaw u nilqgħu lill-klijenti tagħna abbord il-linja tal-ajru tal-gżejjer Maltin”, qal Paul Sies, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta.
“L-Air Malta hija l-linja tal-ajru li toffri l-aktar skeda interessanti b’ħinijiet eċċellenti biex wieħed jivvjaġġa lejn l- aqwa ajruporti fl-Ewropa, lejn u minn Malta”, żied jgħid Sies.