Żagħżugħ minn Kalifornja ġie arrestat wara li nqabad jipprova jdaħħal b’mod illegali tigra żgħira mill-Messiku lejn l-Istati Uniti.
Luis Eudoro Valencia, ta’ 18-il sena, qed jiġi akkużat li daħħal annimal fl-Istati Uniti wara li uffiċjali sabu lit-tigra ċkejkna tistaħba fil-qiegħ tal-vettura.
Hu nqabad fil-fruntiera ta’ Otay Mesa kmieni l-Erbgħa filgħodu.
It-tigra ttieħdet mill-uffiċċjali tas-settur ta’ annimali selvaġġi.