Fl-Olanda, eluf ta’ refuġjati Iranjani Musulmani qiegħdin jikkonvertu Kristjana.
Dan għalkemm li wieħed jirrinunzja l-fidi Musulmana hija offiża li għaliha wieħed jista’ jiġi kkundannat għall-mewt fl-Iran.
Minn intervista li għamlet ġurnalista tal-BBC ma’ kongregazzjoni minn dawn in-nies, ħareġ li raġuni ewlenija għal dan it-tibdil ta’ twemmin huwa t-tama li jiġu milqugħa aħjar fis-soċjetà Olandiża.