Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ raġel biex ismu jitneħħa mir-reġistru pubbliku bħala missier ta’ tewmin wara li sar jaf li ma dawn kinux minn tiegħu.
Fil-qorti kien spjegat kif il-koppja kellha tewmin sentejn wara ż-żwieġ. Kien dan l-aħħar li r-raġel beda jiddubita li t-tewmin ma kinux tiegħu u talab li jsir test tad-DNA. It-test elimina kull dubju li seta’ kellu meta rrizulta li t-tewmin ma kellhom l-istess DNA tiegħu.
Ir-raġel li qata’ kull kuntatt minn miż-żewġt itfal talab lil qorti biex jitneħħa ismu mir-reġistru pubbliku bħala missier it-tfal.
Il-qorti rat il-provi kollha u laqgħet it-talba tar-raġel biex minflok ismu jitniżżel ‘missier mhux magħruf’.