Il-Bank HSBC Malta organizza l-attività tas-sajf għal klijenti tiegħu. Matul l-attività kienu inawgurati żewġ vaguni tal-injam fil-Batterija tas-Salut, li tinsab taħt il-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq il-Belt Valletta.
Il-vaguni tal-injam kienu introdotti f’Malta mill-Artillerija Irjali madwar l-1830.
Il-Fondazzjoni Wirt Artna ħadet ħsieb ir-rikostruzzjoni tal-vaguni tal-injam skont id-disinn oriġinali ta’ 130 sena ilhu. Il-proġett kollu kien iffinanzjat mill-Fondazzjoni HSBC Malta.
Wara l-inawgurazzjoni sar riċeviment fil-Batterija tas-Salut.