Dan kien il messagg tas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista flimkien mas-Sindku ta’ Ħaż-Żebbug Sarah Agius.
F’konferenza għall-aħbarijiet ġewwa l-pjazza ta’ Ħaż-Żebbug ġew intodotti metodi ġodda sabiex l-irħula tagħna jinżammu nodfa.
Uħud minn dawn l-metodi jinkludu żieda fl-impjegar mad-Direttorat tad-Tindif, tibdil tal-makkinarju aktar avvanzat kif ukoll l-infurzar tal-liġijiet.
Agius tenniet li dan ix-xogħol ilu li beda hekk kif tressqu mal-100 persuna l-Qorti, kif ukoll twaħħlu cameras pero’ xorta waħda ma kienx bizejjed.
Is-Segretarju Parlamentari wera s-sapport tieghu għal dan il-proġett u stqarr li l-ammont kbir ta’ skart huwa riżultat tat-tkabbir ekonomiku li għaddejin minnu kif ukoll riżultat tal-ammont kbir ta’ turisti li qed jżuru pajjizna.