In-nutar Tony Abela qal li ma ddikjarax il-kumpanija ma’ traffikant ta’ droga fl-assi parlamentari tiegħu għax m’għandux interess.
Abela qal dan l-għada li l-ġurnal KullĦadd żvela kif fid-dikjarazzjoni tal-assi parlamentari tiegħu Abela għażel li jħalli barra l-Ajaca Fishing Company li fost il-ħames azzjonisti tagħha hemm hu u Indri Zammit li weħel tmintax –il sena ħabs fuq traffikar ta’ droga.
Snin ilu Tony Abela kien qal li din il-kumpanija kienet se tkun likwidata, iżda dan ma sarx.
Mhux biss jixhdu dan dokumenti tal-MFSA, iżda ma’ ONE NEWS iddikjara dan kelliem tal-istess Awtorita.
“Skont ir-rekords tar-Reġistru tal-Kumpaniji, il-kumpanija msemmija għada fuq ir-Reġistru tal-Kumpaniji,” qalilna l-lkelliem li żied li meta kumpanija tkun ila ma tissottometti dokumenti lir-Reġistratur, il-liġi tagħti diskrezzjoni lir-Reġistratur biex jibda proċess sabiex il kumpanija tiġi ikkanċellata mir-reġistru bħala ‘defunct’.
Hawn ukoll il-kelliem tal-MFSA ikkonferma li dan ma ġarax u għalhekk l-kumpanija għada teżisti. Fil-fatt tista’ taqbad topera minn għada. Abela waħħda fl-accountant meta mistoqsi dwar għaliex ma żammx kelmtu.
Fid-dawl li Simon Busuttil iddikjara iktar minn darba li jekk ikollu xi ħadd li jgħamel xi ħaġa ħażina jitgħu il-barra wara minuta, staqsejna dwar il-każ ukoll lill-Simon Busuttil. It-tweġiba jew in-nuqqas tagħha hawn taħt.