Il-Prinċep Daniż Frederik ma tħalliex jidħol f’ pub fi Brisbane fl-Awstralja minħabba li ma kellux dokument t’identifikazzjoni, qalet il-midja lokali.
Il-Prinċep, eredi tat-tron li għandu 49 sena seta’ biss jidħol fl-istabbeliment bl-għajnuna tal-uffiċjali tal-Pulizija tal-korp diplomatiku.
Huwa rappurtat li qalu lill-persunal tal-istabbeliment li f’dan il-każ d-dokument ta’ indentifikazzjoni ma’ kienx neċessarju.
Queensland u stati oħra fl-Awstralja għandhom regoli stretti ħafna dwar id-dħul fl-istabbelimenti u l-bejgħ tal-alkoħol.
Insteressanti l-fatt li l-Prinċep iltaqa’ mal-mara tiegħu f’ bar f’Sydney fil-Logħob Olimpiku fl-2000.