Il-ħmar iwaħħal f’denbu.
Hekk jista’ jingħad għal dak li għaddej bħalissa matul it-tellieqa għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Dan wara l-battibekki li għaddejin bejn l-uffiċċju elettorali tal-Partit Nazzjonalista l-Elcom u l-kandidat għal Kap, Frank Portelli.
Wara li l-Uffiċju Elettorali ħareġ igiddeb lil Frank Portelli li kKritikahom għal tagħrif ħażin li għandhom fuq l-elettorat Malti, Portelli ma qgħadx jomgħodha u weġibhom lura bi stqarrija iebsa.
Ma’ ONE News Frank Portelli saħaq li mhux veru li l-Elcom m’għaddewx l-informazzjoni lill-kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.