Il-Maġġur tal-Pulizija Eugenio Caruana talab minn jheddu biex ma jibqax stazzjonijiet fil-Parlament kif talbet l-Oppożżizzjoni u jiġi trasferit xi mkien ieħor. L-Aġent Kummissarju aċċetta t-talba tiegħu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk Caruana kienx għadu fil-binja tal-Parlament għax jekk iva, allura l-membri tal-Oppożizzjoni ma kinux se jibqgħu fil-Kamra.
L-Ispeaker ikkonfermalu li Caruana ma kienx hemm u s-seduta kompliet.
Aktar qabel l-Ispeaker iddeplora l-fatt li b’xi mod tiġi provokata u li jiġu indirizzati lejha dikjarazzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati bħala forma ta’ theddida. Dr Farrugia kien qed jirreferi għall-kliem li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni li widdeb lill-Ispeaker: “Iġġegħlniex nagħżlu bejn li nidħlu fil-Parlament jew le”.
Is-Sedja ħasset li għandha tagħmel din l-istqarrija għaliex hi dejjem rat u tkompli tara li tieħu dawk il-passi meħtieġa biex il-Parlament ikollu s-sigurtà li tixraqlu u dan kif jistgħu jikkonfermaw il-membri u kif il-livell ta’ sigurtà provduta tjiebet minn meta l-Parlament mexa mill-Palazz għall-binja ta’ Piano, sigurtà li llum hija provduta biss mill-pulizija.
Dr Farrugia kien għadu kif ta ruling li huwa b’ebda mod ma seta’ jindaħal lill-Kummissarju tal-Pulizija lil min jagħżel bħala uffiċjal tas-sigurta fil-parlament. Oltrè dan, il-Aġent Kummissarju kiteb lil Dr Busuttil li Caruana kien għamel ukoll apoloġija pubblika u wiegħed lealta assoluta lejn il-parlament.