Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-unika alternattiva għall-Unjoni Ewropea huwa ‘kjass politiku’.
Dan qalu meta sejjeħ il-kummenti tal-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson ‘assurdi’ – Johnson qabbel l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea ma’ dawk li kellu Hitler. Tusk irreaġixxa għall-kummenti ta’ Johnson meta kien waqt konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Ministru Daniż.
Iżda Johnson żamm ma’ kliemu. Huwa tenna li la Hitler u lanqas Napuljun ma rnexxilhom iżommu l-Ewropa magħquda, u l-Unjoni Ewropea mhix għajr attentat ieħor biex iġġib din l-għaqda.
Sejjaħ ir-reazzjoni għall-kummenti tiegħu bħala ‘media twit storm’ artifiċjali, b’referenza għall-kummenti ħorox fuq Twitter fil-konfront tiegħu.