Sewwieq ta’ vann ittieħed l-isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-vann fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:50 ta’ dalgħodu fi Vjal il-Labour fin-Naxxar meta għal xi raġuni s-sewwieq tal-vann tilef il-kontroll bil-konsegwenza li nqaleb bil-vann.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lis-sewwieq hekk kif hu beda jħoss xi uġigħ f’sidru.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.