Jerry Lewis, attur Amerikan magħruf sew fix-xena tal-ispettaklu f’Hollywood bħala kummidjant ta’ fama mondjali, miet fl-età ta’ 91 sena.
Fi stqarrija, l-familja ta’ Lewis qalet li hu tilef ħajtu b’kawża naturali fir-residenza tiegħu f’Las Vegas il-Ħadd filgħodu.
Lewis kien magħruf ukoll għall-irwoli li kellu f’diversi films flimkien ma’ Dean Martin, films li kisbu suċċessi kbar fiż-żminijiet tagħhom.
Hu kien l-iktar attur li kien jitħallas f’Hollywood.