Iċ-ċirku ta’ terrur li kien il-moħħ wara l-attakk f’Barċellona ġie identifikat u sfrattat dan skont il-Gvern Spanjol. Kien il-Ħamis meta l-grupp Jihadista ħalla tlettax-il persuna mejta f’attakk f’Barċellona.
Il-Ministru għall-Intern Juan Ignacio Zoido qal li uffiċjali waslu għal din il-konklużjoni wara li kienu eżaminati n-nies li mietu, dawk li kienu arrestati u wara li saret verifika tal-identità.
Iżda l-gvern reġjonali Katalan qal li jista’ jkun hemm iżjed arresti, hekk kif suspettat ewlieni għadu qed ikun imfittex. Younes Abouyaaqoub, ta’ tnejn u għoxrin sena u mwieled il-Marokk, qed ikun suspettat li saq il-vann użat fl-attakk u ħarab bil-pass.