Raġel ta’ 52 sena residenti l-Qala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu, tat-tip Honda XR400. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall ħabta ta’ 00.30am, fi Triq il-Qala, l-Qala Għawdex.
Huwa ttieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.