Iktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li ġie mġedded il-kuntratt tal-‘Malta Freeport Terminals’ fejn fost oħrajn il-Gvern rabathom li jagħmlu proġett imsejjaħ ‘Green Boundary’ madwar l-istess Freeport sabiex inaqqas xi ftit mill-inkonvenjent għar-residenti.
Dwar dan il-proġett ikkumenta wkoll is-Sindku ta’ Birżebbuġa Joseph Cutajar.