Dak li kien l-istrateġista ta’ Donald Trump fil-White House rriżenja wkoll biex komplew is-sensiela ta’ riżenji minn uffiċjali għolja Amerikani.
Steve Bannon ħadem l-aħħar fil-White House fil-jum tal-Ġimgħa.
Huwa kienet wara l-kampanja America First tul l-kampanja Presidenzjali ta’ Trump.
F’kummenti li ta, Bannon qal li qed iħalli l-White House u jibda gwerra għal Trump kontra dawk li jixtiequlu d-deni.
Il-Presidenza ta’ Donald Trump kienet milquta minn sensiela ta’ riżenji fosthom ta’ żewġ segretarji tal-istampa f’temp ta’ ftit jiem.