Id-dikjarazzjoni tal- kontestant għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Chris Said, li irid jerġa’ jiftaħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, ħassbet lill-komunità LGBTIQ.
Il-liġi għaddiet mill-parlament ftit tal-ġimgħat ilu u Chris Said ivvota favur tagħha filwaqt li ma tkellimx dwarha.
Gabi Calleja, koordinatur tal-Malta Gay Rights Movement, qalet li d-dikjarazzjoni ta’ Said li jibdel il-liġi iżda mhux il-prinċipju tal-ugwaljanza ftit li xejn tista’ tittieħed bis-serjetà.