Żewġ persuni nqatlu u tmienja oħra ndarbu wara attack bis-skieken fil-Finlandja. Dan jum biss wara l-attakk li ħalla tlettax-il persuna mejta f’Barċellona.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-Pulizija sparat fuq raġel, li ta daqqiet ta’ sikkina lil numru ta’ persuni fil-belt ta’ Turku. Huwa ġie arrestat mill-Pulizija wara li sparat f’saqajh.
Persuni li kienu fuq il-post waqt l-attakk qalu li l-aggressuri kienu tlieta u li bdew jgħajtu Allah hu Akbar.
Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għal aktar persuni li possibbilment kienu involuti fl-attakk.
Turku hi belt li tinsab madwar 140 kilometru ‘l bogħod mill-kapiral tal-Finlandja, Helsinki. Hu post li persuni li jgħixu fih jitkellmu fl-Iżvediż.