Raġel weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li Taljan ta’ 50 sena, residenti Birkirkara kien qed isuq mutur tal-għamla Kymco, meta għal xi raġuni waqa’ bil-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.