Eluf ta’ persuni nġabru għal minuta ta’ silenzju fil-Pjazza ta’ Barċellona biex ifakkru l-memorja tal-vittmi li tilfu ħajjithom fl-attakk tal-bieraħ wara nofisnhar. Għal dan il-mument ta’ silenzju saħansitra attenda r-Re ta’ Spanja.
Minn tal-inqas tlettax-il persuna nqatlu u għexirien oħra weġġgħu serjament wara li vann saq fuq il-folla f’Las Ramblas, Barċellona lbieraħ wara nofsinhar.
Dan il-post fil-belt Spanjola hu popolari ħafna mat-turisti. Dawn in-numri kienu kkonfermat mill-pulizija u l-awtoritajiet lokali.
Il-vann instaq fuq il-parti pedonali u filwaqt li persuni ntlaqtu oħrajn ħarbu.
Il-pulizija qed tqis li dan kien attakk terorristiku wara li anki aġenzija tal-aħbarijiet li jinqeda biha l-Istat Iżlamiku ħabbar li l-grupp fundamentalista Iżlamiku refa’ r-responsabilità ta’ dan l-attakk.