F’każ mhux tas-soltu, Għawdxi meqjus bħala saħħar ma nstabx ħati li wettaq magħmul b’figura ta’ dimonju li għandu 3,000 sena ta’ storja. Il-każ ġara f’Ottubru ta’ sentejn ilu meta Mario Cardona mir-Rabat, Għawdex kien tqabbad minn Carol Milroy biex jagħmel magħmul fuq mara oħra li żewġha kien tradiha magħha.
Fil-Qorti nstema’ kif Cardona tħallas mat-€3,000 biex iwettaq dan il-magħmul permezz tal-figura tax-xitan li kien magħruf bħala Bezuzu. Skont dak allegat, il-magħmul kellu jgħaqqad jerġa’ lill-koppja Milroy.
Ir-raġel ta’ Carol Milroy issuspetta li kien hemm xi ħaġa għaddejha kontrih wara messaġġ fuq facebook li skopra li kien bejn l-eksmara tiegħu u Cardona. Meta qieset il-provi kollha miġjuba quddiemha, il-Qorti ma setgħetx isib ħati lil Cardona għaliex dan kien każ purament ċivili bejn koppja divorzjata.