Għat-tielet sena konsekuttiva grupp ta’ żeffiena Maltin qed jorganizzaw attività bil-għan li jinġabru fondi għall-għaqdiet volontarji.
Din is-sena minn dawn il-fondi se tibbenefika il-Myalgic Encephalomyelitis & Fibromyalgia Alliance Malta.
Marouska Falletta, żeffiena, qalet kif “kull sena aħna ngħamlu din l-attività l-Ġnejna u kull sena niġbru għal Fondazzjoni differenti. Din is-sena ddeċidejna, għandi xi wħud mill-istudenti li jiġu z-zumba u jbagħtu b’din il-kundizzjoni – u dawn kienu l-inspirazzjoni tiegħi. Wieghedthom li din is-sena d-donazzjonijiet se jmorru għall-assoċjazzjoni.”
Ruth Debono, il-fundatriċi ta’ dan is-support group, spjegatilna aktar dwar dawn il-kundizzjonijiet.