Is-suspettat tal-attakki f’Pariġi Salah Abdeslam ippostja l-bandiera tal-Istat Iżlamiku fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook tliet ġimgħat qabel l-attakki.
Dan intqal mill-website Belġjana RTBF, li żiedet tgħid li l-awtoritajiet kienu konxji b’dan iżda ma ħadu l-ebda passi fil-konfront t’ Abdeslam.
Militanti tal-Istat Iżlamiku wettqu attakki bil-bombi u bil-pistoli f’diversi postijiet fit-tlettax ta’ Novembru f’Pariġi. B’kollox mietu mija u tletin persuna u ndarbu għexieren oħra.
Salah Abdeslam inqabad fi Brussel u ġie estradiet lejn Franza x-xahar li għadda. Huwa qed jinżamm f’ħabs b’sigurta massima barra Pariġi, waqt li qed ikun investigat fuq akkużi ta’ qtil relatat mat-terroriżmu.