Fl-aħħar ħinijiet żona viċin il-Wied tal-Mosta reġgħet nħakmet minn nirien bid-daħna li telgħet tidher saħansitra mir-Rabat u n-Naxxar. Jirriżulta li din id-darba qabdu wkoll xi tyres.
Fl-aħħar ġimgħat nirien għamlu qerda sħiħa f’dan il-wied, għalkemm esperti qalu li l-proċess naturali għandu jerġa’ jwassal biex il-wied iħaddar mill-ġdid fix-xhur li ġejjin.