The Vegetarian, novella dwar mara li trid tirrifjuta l-brutalità umana u li waqfet milli tiekol laħam, rebaħ il-premju internazzjonali Man Booker ta’ dis-sena.
Il-ktieb kien tradott minn Deborah Smith, li bdiet tgħallem lilha nnifisha l-Korean fl-elfejn u għaxra.
Iċ-ċermen tal-ġurija Boyd Tonkin qal li x-xogħol tal-awtriċi Koreana Han Kang kien bla dubju b’saħħtu u oriġinali.
Il-kittieba u t-tradutriċi Ingliża se jaqsmu l-premju bejniethom ta’ ħamsin elf sterlina.
Smith, li sal-età ta’ 21 sena kienet titkellem biss bl-Ingliż, iddeċidiet li ssir traduttur meta lestiet id-degree fil-letteratura Ingliża wara li nnutat in-nuqqas ta’ tradutturi tal-lingwi Ingliż u Korean.