It-tifla ta’ 10 snin li kienet ġiet stuprata minn zijuha fl-Indja u ma ngħatatx permess biex tagħmel abort, welldet tifla.
It-tifla ta’ 10 snin għadha mhix konxja li welldet, dan hekk kif waqt it-tqala qalulha li kellha ġebla kbira fl-istonku.
It-tarbija li tiżen 2.5kg twieldet ċesarja f’Chandigarh. Kemm l-omm ċkejkna u kif ukoll it-tarbija jinsabu f’saħħa tajba.
It-tifla kienet allegat li ġiet stupratha diversi drabi għal seba’ xhur minn zijuwha, li eventwalment ġie arrestat.
Kien lura f’Lulju li l-ġenituri saru jafu li t-tifla tagħhom kienet tqila wara li bdiet tilmenta li kienet qed tħoss uġigħ fl-istonku, fejn minn hemm ħaduha l-isptar.
Il-Qorti tal-lokal f’Chandigarh m’aċċettawx it-talba li jsirilha abort għax kienet fi stadju avvanzat tat-tqala u jekk jitneħħa t-tarbija kienu se jkunu qed ipoġġu ħajjet it-tifla f’riskju.
Il-Qorti Suprema tat l-istess deċiżjoni fuq l-istess bażi.