Sena ħabs sospiża għal sentejn u multa ta’ €4,200. Din kienet id-deċiżjoni tal-Qorti għal Sqalli ta’ 23 sena li fil-15 ta’ Awwissu, nhar Santa Marija, darab kuntistabbli waqt li kien taħt l-effett tal-alkoħol f’Paceville.
Marco La Perna ammetta li b’mod vjolenti rreżista lill-Pulizija li kiser il-paċi pubblika u kkawża ħsarat f’mutur.
Bl-avukati tad-difiża qalu fil-Qorti li ż-żagħżugħ kien lest iħallas €680 biex jagħmel tajjeb għal ħsara li għamel fuq mutur.
Liema talba intlaqgħet mill-Maġistrat, biex l-imputat se jħallas il-multa bin-nifs. Hija wissietu li jekk ma jħallasiex jerġa’ jinġieb Malta.