Permezz ta’ stqarrija s-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tixtieq tavża lir-residenti ta’ triq il-Baħrija u Triq Francis X. Attard, Ħaż-Żabbar, triq Ħaż-Żabbar, St Peter’s, Ħaż-Żabbar, triq l-Għaġuża u Triq il-Quċċata, Marsaskala, triq il-Kannestru, Il-Mellieħa, triq Beresford, Tas-Sliema u triq il-Qantar u Triq il-Qasba, Is-Swieqi li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Awwissu, 2017, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-14 ta’ Awwissu, 2017.