Munita kommemorattiva flimkien ma’ bolla stampata inħadmu biex jitfakkar għeluq il-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-konvoj ta’ Santa Marija u l-għoti tal-George Cross f’pajjiżna.
Lejliet il-jum li Malta ssellem lil Santa Marija u għalhekk il-miġja tal-konvoj tkellimna ma’ Kevin Cassar, kuratur fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, li spjegalna d-disinn ta’ din il-munita. Spjegalna li l-munita, maħduma fir Royal Dutch Mint, turi l-emblema ta’ Malta u s-sena tal ħruġ fuq in naħa ta’ quddiem. Imbagħad is-sinjifikat tal-ġrajja jinsab fuq in-naħa ta’ wara.
Il-munita, li tista’ wkoll tinxtara waħedha, għandha valur nominali ta’ għaxar ewro (€10.) Minbarra l-Bank Ċentrali hemm involuta wkoll il-maltapost fejn irreplika ta’ bolla stampata fuq fuljetta talfidda ġiet ukoll prodotta mirRoyal Dutch Mint u turi lbolla postali ta’ tliet ewro (€3.00.) Jesmond Gatt, Chief Officer fil-Bank Ċentrali, spjega kif din hi opportunita’ limitata.
B’hekk ġrajja li pajjiżna jibqa’ jfakkar kull sena tista’ tkun fil-kollezzjoni privata ta’ dawk li l-bolol u l-muniti għalihom hu passatemp jew inkella għall-dawk li l-istorja ta’ pajjiżhom hi parti importanti minn ħajjithom.