Marokkina li f’April li għaddha sarilha abort kontra r-rieda tagħha fis-Swieqi, xehdet fil-Qorti fejn tat il-verżjoni tagħha ta’ x’ġara. Jirriżulta li s-sieħeb tagħha, li allegatament wettaq l-abort, ħarab mill-pajjiż u fil-qorti qed jinstema’ l-każ kontra Nizar Gwelleg wieħed mill-irġiel li għen fl-abort. Hi rrakkontat kif is-sieħeb Libjan tagħha, Ashref Ammar Margham, qalilha biex imorru fil-kamra tas-sodda biex jagħmlu s-sess meta kienet diġa’ tqila b’tarbija. Malli daħlu u neżgħet ħwejjiġha, ġew fuqha tliet irġiel oħra li kienu libsin maskli u ngwanti, u rabtuha bit-tie clips mas-sodda. Dan waqt li ppruvaw jistorduha permezz ta’ biċċa mxarrba b’dak li hi ddeskriviet bħala alkoħol.
Sadanittant, xegħlu mużika għolja biex ma jinstemax it-twerżiq, waqt li rat lil Nizar, li għandu passaport Ungeriż, iqellbilha fil-basket tagħha. Semgħet lis-sieħeb Libjan jgħidlu biex jieħu li jrid.
Waqt li ffilmja dak kollu li kien qed iseħħ, Nizar farrak pillola u ġielha tiħodha, waqt li beda jitfala xi pirmli fil-partijiet privati tagħha. Dan imbagħad daħħal idejh u beda jqatta’ l-fetu. Imbagħad beda jiġbdu b’idejh. Hawn l-għarus tagħha tela fuq żaqqha u beda jaqbeż. Kien hawn li hi ntilfet minn sensiha, u qamet fl-Isptar Mater Dei għall-ħabta tal-ħamsa w nofs ta’ wara nofsinhar. Hi rrimarkat li għarfet lil Nizar minħabba li kienet diġà tafu qabel ġara dan kollu, u identifikatu mit-tpinġija tal-ittra ‘M’ li għandu fuq idejh il-leminija.
Meta mistoqsija x’insterqilha mill-basket, hi wieġbet li naqsulha l-mowbajl, portmoni, u ċurkett tad-deheb. Iktar tard rat l-istess ċurkett jintuża bħala pendent mill-akkużat, f’ritratti li dan tefa fuq Facebook ġimgħatejn wara l-inċident.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ikkonkluda li hemm biżżejjed evidenza biex Nizar jinżamm arrestat.