Emirates ser iżżid il-kapaċità li ġġorr aktar passiġġieri fuq is-servizz tagħha lejn Malta bl-introduzzjoni ta’ ajruplan ikbar tat-tip Boeing 777-300. Emirates se tibda topera b’dan il-Boeing 777 mill-1 ta’ Ġunju 2016.
L-ajruplan Boeing 777-300 se jieħu post l-ajruplan tat-tip Airbus A340-300 li qed jintuża bħalissa fuq din ir-rotta, u se joffri lill-klijenti saħansitra iktar kumdità abbord u iktar għażla ta’ divertiment. L-ajruplan il-ġdid joffri 12-il lie flat seat fl-Ewwel Klassi, u 42 post fil-Klassi tan-Negozju. Minħabba li hu ajruplan ikbar, jesa’ 310 post spazjuż fil-Klassi Ekonomija.