Nick Johnson, wieħed miż-żewġ ġuvintur li nsatbu dalgħodu wara li ntlemħu l-aħħar il-Ġimgħa filgħodu, kiteb fuq Facebook li jirringrazzja lil kulħadd u li jinsabu tajbin.
Qal li jinsab kuntent li għadu ħaj. Ikkonferma li sabiex jibqgħu ħajjin kellhom jixorbu l-awrina tagħhom stess. Qal li m’għandux kliem biex jiddiskrivi dik li “qisha ħolma”.
Iż-żewġ ġuvintur instabu dalgħodu għall-ħabta tas-6:45 ftit il-bogħod miż-żona ta’ fejn instabu l-oġġetti. Fi stqarrija l-Forzi Armati ta’ Malta qalu li l-ġuvintur intlemħu mill-Forzi Armati ta’ Malta waqt tfittixa li qed issir. Intbgħatu l-ħelikopter AW139 u d-dgħajsa Melita II Search and Rescue sabiex jiġu evakwati ż-żgħażagħ.