Fil-jum internazzjonali kontra l-omofobija u transofobija, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej uża lil Malta bħala eżempju ta’ kif għandu jsir il-progress f’dan il-qasam.
“Malta b’mod partikolari qed tmexxi b’mod eżemplari kif kien ikkonfermat minn ILGA Europe. Fi tliet snin il-gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat bidel il-liġijiet biex jipproteġi n-nies mill-omofobija u t-transofobija,” jgħidu s-Soċjalisti Ewropej filwaqt li jimmarkaw il-kisbiet ewlenin li saru.
“Kburi ħafna bil-partiti tal-PES għall-progess li għamlu għal nies LGBTI madwar l-Ewropa. Il-ġlieda għall-ugwaljanza hija ċentrali fil-battalja progressiva tagħna,” qal Sergei Stanishev, President tal-Partit Soċjalista Ewropew.
Aurelien Mazuy, President ta’ Rainbow Rose, iddikjara: “Malta huwa eżempju eċċezzjonali tar-rieda politika biex tinbidel is-sitwazzjoni ta’ persuni LGBTI fis-soċjetà.”